Paniku quddiem il-bini tal-Qorti, hekk kif dalgħodu kien innutat kju twil ħafna ta’ persuni jistennew biex jidħlu.
Persuni li tkellmu ma’ NET News qalu li, għalkemm kemm ilhom fis-seħħ ir-regolamenti relatati mal-Coronavirus qed ikunu nnutati kjuwijiet ta’ kuljum, is-sitwazzjoni ta’ dalgħodu ma kinitx waħda tas-soltu fil-pjazza ta’ quddiem il-Qorti.
Persuni li weħlu fil-kju gergru għax beżgħu li, minħabba li weħlu fuq barra tal-binja, jistgħu jitilfu l-appuntament tal-kawża li kellhom skedata. Oħrajn qalu li dan id-dewmien jista’ jwassal għal aktar posponiment tal-kawżi minħabba li xi parti jew oħra ma tkunx preżenti fl-awla.
//= $special ?>