Lokali Saħħa

“L-aħħar darba li għannaqtek” – messaġġ ta’ Lisa lin-nannu tagħha

“Din kienet l-aħħar darba li għannaqtek”. Kien dan il-messaġġ li ħalliet fuq il-media soċjali l-preżentatriċi televiżiva Lisa Spiteri, wara li n-nannu tagħha miet kaġun tal-Covid-19.

“In-nannu ħalliena kaġun ta’ dan il-virus kiefer. Ma stajniex inkunu miegħu fl-aħħar ftit sigħat ta’ ħajtu”, kitbet Lisa fuq Facebook.

Dan l-anzjan huwa wieħed miż-żewġ vittmi li tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa kaġun tal-pandemija.