Coronavirus Edukazzjoni Lokali

L-Università se timxi skont is-sitwazzjoni; fl-MCAST jiddeċiedi l-lettur dwar il-lezzjonijiet online

Fl-isfond tad-dibattitu jaħraq li għaddej bħalissa f’pajjiżna dwar il-ftuħ tal-iskejjel, Net News tkellem mar-Rettur tal-Università il-Professur Alfred Vella u l-Prinċipal tal-MCAST Joachim James Calleja dwar il-ftuħ taż-żewġ istituzzjonijiet.

Alfred Vella spjega ma’ Net News li l-Università se tkun qed timxi skont kif tkun qed tiżviluppa s-sitwazzjoni.

“L-UNIVERSITA SE TKUN QED TĦARES LEJN DAK LI JKUN QED JIĠRI MADWARHA U JEKK IKUN HEMM XI TIBDIL LI JAGĦMEL ESSENZJALI LI KOLLOX ISIR ONLINE, NATURALMENT IKUN HEMM DAK IL-MOVIMENT UKOLL. XEJN MA HU ‘CAST IN STONE’ LI LA BDJENA HEKK NIBQGĦU HEKK JIĠRI X’JIĠRI“.

Il-Professur Vella spjega li huwa importanti li l-istudenti tal-ewwel sena jkollhom ċans jiltaqgħu fiżikament

HUWA ‘OF THE ESSENCE’ LI L-FRESHERS IKOLLHOM L-OPPORTUNITÀ B’MOD FORSI MHUX TOTALI LI JKOLLHOM KUNTATT SOĊJALI BEJNIETHOM

Hu qal li riskji se jkun hemm dejjem, bħal meta wieħed imur il-Knisja.

Minn naħa tiegħu, il-Prinċipal tal-MCAST, Joachim James Calleja qal li l-għażla dwar jekk il-lezzjonijiet tat-teorija hux se jsiru online jew le qed titħalla f’idejn il-letturi.

“JEKK IL-LETTUR JIXTIEQ LI FEJN HEMM KLASSI ŻGĦIRA U L-ISTUDENTI JIXTIEQU JILTAQGĦU U JAGĦMLU L-LEZZJONI HEMM JIEN MHUX SE NINDAĦAL. ĦA NĦALLI L-GĦAŻLA F’IDEJN IL-LETTUR U D-DIRETTUR

Kemm l-Università kif ukoll l-MCAST jiftħu l-bibien tagħom għas-sena akkademika fil-jiem li ġejjin.