Futbol Sport

Liverpool u Man City jgħaddu għar-rawnd li jmiss

(Ritratt: EPA)

Liverpool kisbu rebħa kbira ta’ 7-2 barra minn darhom kontra Lincoln City biex issa fir-raba’ rawnd jilgħabu kontra Arsenal. Għal Liverpool skorjaw XHERDAN SAKIRI, doppjetta ta’ TAKUMI MINAMINO u ta’ CURTIS JONES u gowl kull wieħed għal MARKO GRUJIC u DIVOCK ORIGI.

Manchester City kellhom jitħabtu biex għelbu lit-tim taċ-Championship Bournemouth 2-1. Kienu Manchester City li fetħu l-iskor permezz ta’ LIAM DELAP. Bournemouth ġabu d-draw permezz ta’ SAM SURRIDGE, bil-gowl ta’ kwalifikazzjoni għat-tim ta’ Pep Guardiola jasal mingħand PHIL FODEN biex fir-raba’ rawnd jilgħabu barra minn darhom kontra Burnley.

It-tielet rawnd
It-Tlieta
: Leyton Orient v Tottenham posp., Newport v Watford 3-1, WBA v Brentford 2-2 (4-5), West Ham v Hull 5-1, Luton v Man Utd 0-3, Ilbieraħ: Fulham v Sheff. Wed 2-0, Milwall v Burnley 0-2, Preston v Brighton 0-2, Stoke v Gillingham 1-0, Chelsea v Barnsley 6-0, Fleetwood v Everton 2-5, Leicester v Arsenal 0-2, Morecambe v Newcastle 0-7 Illejla: Bristol v Aston Villa 0-3, Lincoln v Liverpool 2-7, Man City v Bournemouth 2-1