Milan kwalifikaw għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lil Bodo-Glimt 3-2. Matul il-jum ħarġet l-aħbar li l-plejer ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic irriżulta pożittiv għall-coronavirus u postu fit-tim ħadu ż-żgħażugħ Lorenzo Colombo. Minkejja li kienu 1-0 minn taħt Milan dawru l-partita b’gowls skorjati minn doppjetta ta’ HAKAN CALHANOGLU u LORENZO COLOMBO.
Totteham tħabtu biex għelbu lil KF Shkendija 3-1, bil-gowls għat-tim ta’ Jose Mourinho jkunu skorjati minn ERIK LAMELA, HEUNG-MIN SON u HARRY KANE.
//= $special ?>