Lokali Qorti

Mixli li kiseb ċittadinanza rregolari u li ffroda lill-Gvern €60,000

Raġel ta’ 40 sena mill-Pakistan baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li kiseb passaport Malti bi frodi abbażi ta’ dokumenti foloz.

L-allegazzjoni hija marbuta mal-kisba ma’ ċittadinanza Maltija miksuba b’mod irregolari. L-ammont ta’ frodi fil-konfront tal-Gvern ilaħħaq is-somma ta’ €60,000 u dan f’benefiċċji soċjali.

Il-Prosekuzzjoni li ressqet lil Dan Qadar Dad Tarar qalet li din l-investigazzjoni seħet wara konklużjoni ta’ inkjesta maġisterjali, evidenza li tinsab suġġetta għal skrutinju doppju.

L-Ispetturi Omar Zammit u Geoffrey Cutajar saħħqu li terzi persuni pparteċipaw fl-inkjesta maġisterjali ukoll u għalhekk ix-xhieda tagħhom diġa hija b’saħħtita.

Ingħad ukoll mid-difiża li l-akkużat għandu kondotta kriminali nadifa, u li minħabba li huwa stabbilit f’pajjiżna, mgħandux imkien ieħor fejn imur. Skont l-akkuża wkoll li r-raġel ilu jirċievi benefiċċji soċjali li ma kellux dritt għalihom sa mill-2009.

Dad Tarar twieled il-Belt Valletta fl-1979, residenti Tas-Sliema, m’għandux imjieg fiss pero ammetta li jgħin bħala voluntier f’ċertu għaqdiet lokali. Ħareġ ukoll li minkejja li twieled Malta mhuwiex ċittadin Malti.

Huwa wieġeb mhix ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bid-difiża mmexxija mill-Avukat Roberto Montalto titlob għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjoni għaliex in-natura tar-reati huma serji.

Waħda mill-alegazzjonijiet hija li l-akkużat kiseb passaport Malti bi frodi, abbażi ta’ dokumenti foloz fejn il-Prosekuzzjoni saħqet ukoll li terzi persuni pparteċipaw fl-inkjesta Maġisterjali u allura x-xhieda tagħhom tkompli ssaħħaħ il-każ.

Ingħad ukoll mid-difiża li l-akkużat għandu kondotta kriminali nadifa, u li minħabba li huwa stabbilit f’pajjiżna, m’għandux imkien ieħor fejn imur. Il-Qorti, wara li semgħet sottomissjonijiet, u n-natura tla-akkużi miġjuba kontrih, ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja fil-konfront tal-akkużat.

Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni biex tordna l-iffiriżar tal-assi fil-konfront tal-akkużat.