Żewġ pulizija spiċċaw feruti minn tiri waqt protesti li qamu fil-belt ta’ Louisville, wara li qorti lokali ma ressqitx l-akkużi fil-konfront ta’ uffiċjali tal-liġi b’konnessjoni mal-qtil ta’ mara sewda.
L-aħħar rapporti qalu li l-pulizija mhumiex f’periklu li jitilfu ħajjithom u li raġel suspettat dwar l-isparatura qed jinżamm taħt arrest.
Il-qtil tal-mara – Breonna Taylor, li kienet taħdem fi sptar — seħħ fit-13 ta’ Marzu, meta tliet uffiċjali tal-pulizija wettqu rejd fid-dar tagħha u spiċċaw jisparawlha sitt darbiet. Il-qorti f’Louisville, intant, ressqet akkuża waħda biss kontra wieħed mill-pulizija inkwistjoni u li hi relatata ‘għal tiri li ġew sparati dakinar u li kienu laqtu appartament viċin ir-residenza ta’ Taylor.’
L-avukat-ġenerali qal li l-azzjonijiet taż-żewġ pulizija l-oħra kienet iġġustifikata wara li wieħed minnhom spiċċa ferut minn tiri li sparalu s-sieħeb ta’ Breonna Taylor.
Il-pulizija kienu marru jfittxu fid-dar ta’ Taylor minħabba suspetti li s-sieħeb tagħha, traffikar tad-droga magħruf, kien qed juża l-istess indirizz biex jirċievi ‘pakketti suspettużi’. Intant, Breonna Taylor ma kellha l-ebda rekord kriminali.
//= $special ?>