Lokali Qorti

Vittma ta’ allegat abbuż domestiku ma titħalliex isiefer għax is-sieħeb tagħha qal li se tagħmel abort

Allegata vittma ta’ abbuż domestiku u li hija ġiet ipprojbita milli tivvjaġġa fuq il-bażi li jista’ jkun se ssiefer biex tagħmel jkollha abort. Isem il-koppja mhux qed jisemmew biex tiġi protetta l-identità u l-privatezza tagħhom.

Dwar dan ikkummentat il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa li ħabbret li qed tiġġieled battalja legali fejn fiha mara tqila qed tiġi miċħuda d-dritt tagħha għal-libertà tal-moviment ħieled u privatezza wara li tpoġġa mandat fuqha.

It-tim legali tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa (WRF) qalu li kienu fl-awla tal-Qorti fejn kellhom jiddefendu lill-klijent tagħhom, vittma tqila ta’ abbuż domestiku.

Ingħad li dan l-aġir ifisser li l-mara qed tiġi ffaċċjata b’mandat impost fuq il-persuna tagħha, li jipprojbixxiha milli tivvjaġġa wara dak li hija sejjħet allegazzjonijiet foloz mis-sieħeb tagħha.

Hija qed tiċħad bil-qawwa kollha li qed tippjana li tagħmel abort barra mill-pajjiż. Id-difiża tagħha qed tgħid li dan mhux biss imur kontra d-dritt tagħha għal-libertà tal-moviment, iżda wkoll jikser id-dritt fundamentali tagħha għall-privatezza u diskriminazzjoni sfaċċata tal-ġeneru sempliċement għax hija mara.

L-inġunzjoni (ordni) proviżorja ilha fis-seħħ għal ġimgħa u għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm il-Qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha li jfisser li, sadanittant, id-drittijiet fundamentali tal-mara u l-libertajiet fundamentali tagħha qegħdin jinkisru.