Min għal xi raġuni ma jkunx irċieva d-dokument tal-votazzjoni iżda xorta huwa intitolat għall-vot fl-elezzjoni tal-Kap tal-Partit, xorta jista’ jivvota billi jmur fil-post tal-votazzjoni tiegħu u jieħu miegħu l-karta tal-identita’.
Dan spjegah is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech waqt li kien jitkellem fuq NET FM u kien qed iwieġeb mistoqsijiet fuq din il-votazzjoni.
Zammit Dimech fakkar ukoll li dan il-vot mhux biss huwa dritt ta’ kull tesserat imma wkoll dover. Spjega kif qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha skont id-direttivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-Saħħa u għalhekk il-votazzjoni qed tkun imqassma fuq sitt ijiem u fuq tmintax-il post ta’ votazzjoni.
B’kollox huma 21,496 dawk eleġibbli li jivvutaw.
//= $special ?>