Ftit sigħat qabel ma’ Milan ikunu mpenjati fit-tielet rawnd tal-UEFA Europa League kontra Bodo-Glimt, l-attakkant Żvediż ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic irriżulta pożittiv għall-coronavirus.
Ibrahimovic jinsab f’iżolament fid-dar tiegħu f’Milan bit-testijiet tal-plejers l-oħra kollha jkunu negattivi. Ibrahimovic issieħeb ma’ Milan għat-tieni darba f’Jannar li għadda fejn ħalla mpatt ferm pożittiv fl-iskwadra mmexxija minn Stefano Pioli
//= $special ?>