Coronavirus Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 29

B'kollox kellna 13-il vittma fi tmint ijiem

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta’ 90 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. 

L-anzjan kien ġie pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-7 ta’ Settembru. Ġie trasferit fl-Isptar St Thomas fid-19 ta’ Settembru u trasferit lura l-Isptar Mater Dei ilbieraħ, 23 ta’ Settembru, fejn miet aktar kmieni llum.

Dan hu d-29 vittma tal-Coronavirus f’pajjiżna.

Il-Gvern qed jibqa’ jippersisti billi jgħid li l-vittmi, anke fil-każ ta’ dan l-anzjan, kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.