Elezzjoni Kap PN Lokali

Bernard Grech jirriżulta negattiv għall-COVID u se jkompli bil-kampanja tiegħu

Dalgħodu, l-Avukat Bernard Grech għamel test ieħor għall-coronavirus li reġa’ rriżulta negattiv.

Dan kien it-tieni test negattiv li għamel Grech wara test ieħor li sarlu nhar l-Erbgħa li għadda u wara li kien iżolat b’mod prekawzjonali. Fuq parir tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, Bernard Grech issa jista’ jkompli bil-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

Intant il-mara ta’ Bernard Grech, Annemarie, għadha fi kwarantina u tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.