Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 31 każ ġdid…ifiqu 70 persuna

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 31 każ ġdid pożittivi ta’ COVID-19, biex b’hekk it-total ta’ każi attivi niżel għal 715 każ. Dan hekk kif fiqu 70 persuna. It-total ta’ każi attivi issa jitla’ għal 3,138.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fit-Taqsima tal-Kura Intensiva bħalissa hemm 4 persuni bi tnejn minnhom li jinsabu f’qagħda kritika. Fl-IDU hemm rikoverati 6 persuni filwaqt li fi swali oħra f’Mater Dei hemm 8 persuni. Fl-Isptar Boffa hemm 12-il persuna, fl-Isptar St Thomas hemm 4 persuni filwaqt li f’Mount Carmel hemm rikoverati 3 persuni.

Hija qalet li bħalissa f’Għawdex hemm 5 każi pożittivi u l-eà medja fl-aħħar ġimgħa kienet ta’ 45 sena. Saħqet li l-akbar cluster huwa ta’ qraba. Is-supritendent tas-Saħħa Pubblika uriet it-tħassib tagħha li iktar m’hu qed noqorbu lejn ix xitwa, iktar se jkollna każi ġodda.

Charmaine Gauci reġġgħet tenniet l-importanza li kulħadd jilbes maskra protettiva hekk kif wieħed joħroġ mid-dar tiegħu.

Hija qalet li għal din il-ġimgħa mhux se jkun hemm tibdil fl-Amber list. Din il-lista tinkludi r-Rumanija, partijiet minn Spanja, ir-Repubblika Ċeka, it-Tuneżija u partijiet minn Franza.

Il-Professur Gauci qalet li kien hemm 7 imwiet mid-Djar tal-Anzjani – 3 minn Dan San Ġużepp, 2 minn Casa Antonia 2 minn Simblija Care Home.

Dwar l-iskejjel hija qalet li huwa importanti li jinżamm il-kunċett tal-bubbles.