Wara ġimgħatejn minn mindu l-iskejjel fl-Italja reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, 75 skola kellhom jingħaqlu minħabba li kienu reġistrati każi pożittivi fihom.
Ftit jiem wara l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, aktar minn 400 skola ġew affettwati minn tal-inqas każ wieħed ta’ coronavirus. Ir-Reġjuni bl-iktar istituzzjonijiet involuti huma l-Lombardija, Emilia Romagna, it-Toscana u Lazio.
F’Ruma l-iskejjel involuti huma 19, f’Bologna 14 u f’Milan 13. F’76% tal-każijiet, il-pożittivi huma studenti u fi 13% għalliema.
//= $special ?>