Futbol Sport

Draw bejn Senglea u Żejtun

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Senglea Athletic…………………………………1

Żejtun Corinthians…………………………….1

Senglea: M. Farrugia (D. Bugeja 56’), N. Terzin, Z. Cassar, K. Atkinson, I. Misan (D. Abela 83’), U. Parezanin, R. Martin, J. Tanti (A. Abela 90’), C. Riascos Luis, A. Scicluna, J. Dibola Diwoto

Żejtun: C. Cassar, D. Albanese, L. Moreira Gama, D. Agius (R. De Fex 55’), J. Suda, M. Muniz Pereira, G. Bugeja (A. De Barros 64’), J. Fernando Gomes, R. Faria Silva, E. Herrera (C. Grech 79’), G. Azzopardi

Referee: Fyodor Zammit

Assistant referees: Edward Spiteri, Mitchell Scerri

Senglea Athletic u Żejtun Corinthians temmew fi draw ta’ 1-1. Għal Senglea dan kien l-ewwel punt dan l-istaġun wara li tilfu l-ewwel partita tal-kampjonat 4-0 kontra Lija Athletic. Minn naħa l-oħra għal Żejtun dan kien it-tieni draw konsekuttiv wara li fl-ewwel partita wkoll temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Santa Lucia.

Senglea fetħu tajjeb u bdew jikkontrollaw il-ballun bil-plejers ta’ Żejtun bdew jilqgħu lill-avversarji. Kienu Żejtun iżda li kienu l-aktar perikolużi fl-ewwel ħames minuti, meta x-xutt ta’ Muniz għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Farrugia. Senglea baqgħu jagħfsu u wara pressjoni fuq id-difiża ta’ Żejtun skorjaw fit-8 minuta bi ġmiel ta’ xutt minn JUNIOR DIWOTO DIBOLA. Fl-14 –il minuta l-cross ta’ Jan Tanti minfuq ix-xellug ħoloq periklu lejn il-lasti ta’ Cassar bil-gowlkiper Żejtuni jkollu jdawwar f’corner.

Żejtun kienu perikolużi fit-22 minuta meta minn freekick il-ballun spiċċa f’saqajn Ricardo Faria li mill-viċin naqas milli jimpenja b’mod serju lil Farrugia. Fit-28 minuta, Senglea ngħataw freekick minn pożizzjoni perikoluża wara fawl ta’ Muniz fuq Martin bil-freekick sussigwenti ta’ Tanti jgħaddi ftit barra. Żejtun resqu viċin li jġibu l-gowl tad-draw, meta l-cross minfuq x-xellug ta’ Faria, d-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Suda għaddiet tħakkek mal-lasta.

Żejtun żiedu l-pressjoni fuq l-avversarji u fil-41 minuta l-freekick ta Suda kien mtajjar b’diffikultà mid-difiża ta’ Senglea. It-tim imexxi minn Ryan Newell sta’ żied l-iskor ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Atkinson minn pożizzjoni angolata xeħet barra.

Wara biss 10 minuti minn ftuħ it-tieni taqsima, Senglea kienu kostrett jbiddlu lill-gowlkiper Matthew Farrugia wara li sofra injury. Żejtun ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u l-cross ta’ Herrera ħoloq periklu fil-kaxxa ta’ Senglea.

Senglea resqu ferm viċin li jirduppjaw fil-61 minuta meta minn freekick ta’ Pereira kien Parezanin li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tkun salvata minn Cassar. Fis-66 minuta, azzjoni tajba minn Żejtun iżda l-konklużjoni ta’ Herrera marre għoli mill-lasti ta’ Bugeja. It-tim imexxi minn Orosco Anonam ġab id-draw 12 –il minuta mit-tmiem permezz tas-sostitut RAFAEL MARIAGA DE FEX u minkejja li ħoloq bosta ċansijiet lejn it-tmiem il-partita temmet fi draw.