Lokali

“Ħafna nies qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja”

L-Anti Poverty Forum jinsab imħasseb ferm dwar l-ammont ta’ nies li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’pajjiżna.

Statistika li ħarġet mill-NSO uriet li matul l-2019 kien hemm iktar minn 83,000 persuna bi dħul ta’ 9,212 ewro fis-sena, filwaqt li iktar minn 14,500 persuna li għandhom dħul ta’ ftit iktar minn 6,000 ewro. In-nisa jibqgħu l-iktar persuni li jinsabu friskju ta’ faqar… l-iktar dawk in-nisa anzjani u li huma single parents.

Minħabba l-pandemija tal-COVID Malta sofriet konsegwenzi soċjali u ekonomiċi, għalhekk jinsabu mħassba fuq dawk in-nies li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u l-familji tagħhom, li nlaqtu l-iktar waqt din il-pandemija u għalhekk jinħtieġu għajnuna immedjata.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Forum qed jitlob li l-Gvern sabiex jerfa’ hu l-piż tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal dawk il-familji li ntlaqtu l-iktar minn din il-pandemija. Apparti dan, il-Gvern għandu jissussudja ikel san bħal ħaxix u frott.

Il-Forum qed jappella wkoll biex meta jingħataw vouchers, dawn ikunu jistgħu jissarrfu f’mediċini, edukazzjoni, ikel u ħwejjeġ fost l-oħrajn.

Dħul adekwat huwa neċessarju għall-individwu sabiex jgħix b’mod diċenti sepċjalment meta jkollu familja li jrid imantni. Statistika li toħroġ mill-NSO minn żmien għam żmien qed turi li d-differenza bejn dawk li jaqilgħu ftit u dawk li jaqilgħu ħafna, qiegħda dejjem tikber.