Lokali Saħħa

Il-Gvern jikkonferma it-28 vittma…24 siegħa wara

Dalgħodu l-Gvern ikkonferma l-aħbar ta’ Net News illi f’Mater Dei mietet it-28 vittma tal-Coronavirus. Mhux magħruf eżatt x’kienet ir-raġuni li wasslet biex il-Ministeru tas-Saħħa dam daqshekk sakemm ħareġ il-konferma.

Skont il-Ministeru, l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ħarġet negattiva fit-28 ta’ Awwissu u fid-9 ta’ Settembru. 

Ilbieraħ, l-anzjana ddaħħlet l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei mill-Isptar Monte Carmeli u mietet ilbieraħ stess waqt li kienet fl-Emerġenza. Kif inhi prassi, sar swab test waqt li kienet l-Emerġenza illi kien ikkonferma lill-pazjenta pożittiva bil-Covid-19.