Lokali

Il-karozza tas-Sindku tal-Belt Valletta tingħata n-nar

Kollox qiegħed jindika li tul il-lejl tal-Ħamis il-vettura tas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit ingħatat in-nar. Il-karozza kienet ipparkjata fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Nies li tkellmu ma’ Net News qalu li dan il-każ seħħ qabel nofsilejl, b’ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, inkluż għadd ta’ pumpiera jaslu fuq il-post mill-aktar fis biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Kienu ħafna l-ewwel reazzjoni ta’ solidarjetà u kienu bosta li kkundanaw dan l-aġir, infatti fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet Karl Gouder, il-Minority Leader tal-PN fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta Christian Micallef, il-Kunsilliera tal-PN fil-Belt Valletta Vince Fabri u Mark Spiteri Lucas u l-President tal-Kulleġġ Kunsilliera PN Charles Bonello mill-ewwel intweriet is-solidarjetà mas-Sindku tal-Belt Valletta u ntqal li affarijiet bħal dawn qatt ma għadhom ikunu ttolerati f’pajjiż normali.

L-għaqda Repubblika wkoll ikkundannat din l-azzjoni u qalet li l-użu tal-vjolenza u l-vandaliżmu għal għanijiet politiċi m’hu xejn ħlief att ta’ terrur li mhux aċċettabbli f’demokrazija Maltija.

Aktar dettalji ‘l quddiem.