Il-Union of Professional Educators – Voice of the workers tinsab mħassba ħafna dwar il-każi pożittivi ta’ COVID-19 kif ukoll l-imwiet kawża tal-istess virus dejjem qed jiżdiedu. Hija tħoss li dan mhux mument tajjeb li jerġgħu jinfetħu l-iskejjel
Il-Union temmen dan anke fid-dawl tal-fatt li l-iskejjel m’humiex lesti li jiffaċċjaw sitwazzjoni daqshekk serja.
L-istess union stqarret li qatt ma ħasset il-ħtieġa li l-iskejjel jibqgħu magħluqa aktar minn dan il-mument. L-ammont ta’ stress li jaffaċċjaw l-edukaturi, minħabba l-inċertezza ta’ x’ser jiġri wara l-ftuħ mill-ġdid ta’ l-iskejjel, huwa għoli wisq biex l-edukaturi stess ikunu kapaċi jwettqu xogħolhom b’mod sew.
Ir-reazzjonijiet kemm mill-membri kif ukoll mill-ġenituri żiedu aktar it-tħassib tal-UPE. Huwa evidenti li għad fadal ħafna aktar xi jsir biex jiġu salvagwardjati mhux biss l-edukaturi u l-istudenti, iżda kull persuna oħra li tista’ tiġi affettwata. Kif inhuma l-affarijiet, in-numri huma għoljin wisq, u miżuri mhux kompluti joħolqu biss theddida għas-soċjetà inġenerali.
L-UPE b’hekk qed titlob formalment lill-Ministeru biex jikkunsidra mill-ġdid il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.
//= $special ?>