Lokali

Illejla tiftaħ il-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Mil-lejla, 21,499 tesserat tal-Partit Nazzjonalista ser ikunu jistgħu jibdew jivvutaw fl-elezzjoni għall-għażla ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Ġimgħa, it-tesserati jistgħu jivvutaw 18.00 sad-21.00. Għada, il-votazzjoni miftuħa bejn id-09.00 u 18.00 kif ukoll l-Ħamis 1 t’Ottubru u l-Ġimgħa 2 t’Ottubru bejn 18.00 u 21.00

Is-Sibt 3 t’Ottubru, il-votazzjoni ser tkun miftuħa bejn it-08.00 u l-16.00 f’Malta u bejn it-08.00 u s-14.00 f’Għawdex.

Il-votazzjoni ser tkun imqassma fuq diversi jiem sabiex ikunu rispettati r-restrizzjonijiet marbuta mal-Coronavirus