Edukazzjoni Lokali

“Le, it-tfal mhux se jżommu distanza. Imma ma jimpurtax” – Owen Bonnici

It-tfal fil-Kinder se jkunu qed jinżammu tnejn tnejn fuq kull mejda, bid-distanza tkun qed tinżamm bejn mejda u oħra.

Dan intwera waqt video li xxandar live mill-Ministru Owen Bonnici, sabiex juri kif se tkun qed taħdem l-iskola ladarba jibdew il-klassijiet – dejjem skont il-protokolli ppubblikati mis-Supretendent tas-Saħħa.

Owen Bonnici stqarr li l-istudenti ż-żgħar “mhux se jkunu qed iżommu d-distanzi. Imma ma jumpurtax”, iddikjara l-Ministru tal-Edukazzjoni.

Hu stqarr li t-twieqi se jinżammu miftuħin biex tinżamm il-ventilazzjoni.

Intqal ukoll li kull għalliem se jkollu jilbes face shield.

Owen Bonnici għamel din iż-żjara mingħajr ma ħareġ sejħa għall-ġurnalisti, u b’hekk evita li jaffaċja d-domandi tal-media.