Sport Sport Ieħor

Massimu ta’ elf persuna kuljum jistgħu jattendu r-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Il-Gvern Franċiż ħa d-deċiżjoni li sa massimu elf persuna kuljum jistgħu jattendu r-Roland Garros minħabba r-restrizzjonijiet ġodda b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

Il-Federazzjoni Franċiża tat-Tennis qalet li tinsab ferm diżappuntata b’din l-aħbar. L-Open ta’ Franza li mistenni jibda nhar il-Ħadd kellu jospità sa massimu ta’ 11,500 ruħ qabel ma dan in-numru kien mnaqqas għal 5,000 il-ġimgħa li għaddiet. Normalment ir-Roland Garros isir bejn Mejju u Ġunju iżda din is-sena ġie pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus.