Lokali Qorti

Ordnat isegwi programm wara li jingħata ċ-ċans ta’ riforma

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ordnat lil Ryan Cachia ta’ 32 sena minn Birżebbuġa biex isegwi programm ta’ riabilitazzjoni kontra d-droga wara li ammetta li każ ta’ ‘trafficking by sharing”.

Is-sentenza ngħatat fid-dawl tal-fatt li Cachia kkopera mal-Pulizija u l-fatt li ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri. Il-Qorti ħadet in konsiderazzjoni tan-natura tar-reati li taghhom huwa nstab hati u l-kondotta tiegħu.

Il-Qorti ordnat li l-ħati jitpoġġa taħt probation għall-perjodu ta’ tliet snin u għażlet li ma titrattax mieghu ghar-reat imsemmi fit-tielet akkuża, dik li huwa kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza mogħtija fil-31 ta’ Ottubru 2019 mill-Maġistrat Victor Axiaq.

Il-Qorti wissiet lil Cachia li dan huwa l-aħħar ċans. Huwa ammetta li fis-7 ta’ Jannar ta’ din is-sena u qabel kellu fil-pusses tiegħu u qassam id-droga kokaina. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca.