Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular

Żagħżugħ Franċiż ta’ 23 sena residenti s-Swieqi, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ġrieħi f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.