Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan eliminat miż-żagħżugħ Aaron Hill

Ronnie O’Sullivan kien eliminat mill-European Masters wara li tilef kontra ż-żagħżugħ Irlandiż Aaron Hill. Hill li għad għandu 18 -il sena huwa jinsab fil-115 -il post fir-rankings tad-dinja.

Fl-ewwel partita tiegħu minn meta rebaħ għas-sitt darba t-titlu dinji, O’Sullivan rkupra minn żvantaġġ ta’ 3-1 biex kien minn fuq 4-3, b’Hill jirbaħ l-aħħar żewġ frames biex rebaġ il-partita 5-4.

F’ kummenti wara l-partita, Hill qal li jinsab bla kliem u qal li kieku tilef il-partita 3-1 kien ikun diżappuntat għaliex hu niżel għal din il-partita biex jirbaħ.