Formula 1 Sport

Stefano Domenicali maħtur President u CEO tal-Formula 1

Stefano Domenicali ġie maħtur bħala President u CEO tal-Formula 1. Hu se jkun qiegħed jidħol f’din il-kariga f’Jannar li ġej biex jieħu post Chase Carey li kien inħatar bħala President u CEO tal-Formula 1 fl-2017 minflok Bernie Ecclestone.

Għal Domenicali dan se jkun ritorn wara sitt snin fil-Formula 1 wara li għal dawn l-aħħar snin kien qiegħed imexxi l-kumpanija Lamborghini. Domenicali kien Prinċipal tat-Tim ta’ Ferrari bejn l-2008 u l-2014.

Taħt l-amministrazzjoni ta’ Carey l-Formula 1 rnexxiela tilħaq ftehim bejn it-timijiet kollha dwar il-Concorde Agreement, ftehim li se jkun qed jara li t-timijiet kollha josservaw l-istess regoli finanzjarji.