Coronavirus Għawdex Lokali

Tibdil fil-vjaġġi ta’ filgħodu

Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni li qed jittieħdu sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID, il-Gozo Channel ħabbret li min-nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru, il-vjaġġ li jitlaq mill-Imġarr fis-6.45 ta’ filgħodu se jibda jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa. L-istess se jsir dwar il-vjaġġ li jitlaq’ miċ-Ċirkewwa fis-7.30 ta’ filgħodu.

Għalhekk, minħabba dan it-tibdil, il-vjaġġ li kien jitlaq fis-7 ta’ filgħodu mill-Imġarr, issa se jibda jopera fis-06.45.

B’dan it-tibdil, il-Kumpanija għandha l-għan li timminimizza l-inkonvenjent għall-vjaġġaturi regolari tagħha li jaħdmu f’Malta, u tgħinhom jaslu għax-xogħol u d-dar fi żmien aktar bikri billi jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar tagħhom.