Futbol Sport

Valletta FC mogħtija l-art biex jibnu l-grawnd

(Ritratt: vallettafc.net)

Valletta FC ingħataw 15,000 metru kwadru ta’ art industrijali biex ikunu jistgħu jibnu l-grawnd tagħhom.

L-art li tinsab f’Ħal Farruġ ġiet trasferita mingħand SportMalta lil Valletta għal 45 sena. Il-President ta’ Valletta, Victor Sciriha qal li Valletta ilhom snin jippruvaw jieħdu din l-art biex ikunu jistgħu jibnu l-istadium tagħhom u qal li permezz ta’ din l-art it-tim ta’ Valletta se jkunu qed itejbu l-faċilitajiet tagħhom u jkunu jistagħu joffru opportunità aħjar lit-tfal li jissieħbu mat-tim.

F’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni wkoll kellha sehem f’dan it-trasferiment tal-art lil Valletta FC hekk kif fil-parlament l-oppożizzjoni vvutat favur u għafset biex tintuża s-sistema fast-track fil-proċeduri parlamentari biex dan il-vot jgħaddi qabel il-waqfa tas-sajf. Lura fl-2012 taħt Gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista u s-Segretarju Parlamentari tal-Isport Clyde Puli kienu taw lil Valletta art sabiex jwettqu l-proġett tal-istadium liema art qatt ma kienet ġiet żviluppata.