Internazzjonali

Vatikan: Riżenja rari ta’ Kardinal ‘li kienet imġiegħelha mill-Papa’

Il-Kardinal Giovanni Angelo Becciu, li kien uffiċjal ewlieni fil-Vatikan, ikkonferma r-riżenja tiegħu li waslet kompletament għall-għarrieda. Intant, il-kardinal żvela li kien imħeġġeġ biex jieħu dan il-pass mill-Papa Franġisku innifsu.

Becciu, fl-istess ħin, sostna li hu suspettat b’li pprovda lil ħutu bi ‘flus tal-knisja’ — u meta qed jiċħad li għamel xi ħaġa ħażina.

Ir-riżenja tiegħu mistennija jkollha konsegwenzi sinifikanti għaliex il-kardinal kien assoċjat mill-qrib tal-Papa u meta hu, qabel, kien jaqdi rwol ewlieni fis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.

Sadanittant, il-Kardinal Becciu spiċċa involut fi ftehim kontroversjali li kien jesiġi l-investiment, bil-fondi tal-Knisja, f’bini lussuż li jinsab f’Londra. L-investiment inkwistjoni, issa, spiċċa suġġett għal investigazzjoni finanzjarja.

Ir-riżenji ta’ uffiċjali ta’ livell hekk għoli fil-Vatikan huma xi ħaġa rari għall-aħħar – bis-Santa Sede ftit li xejn tiżvela dettalji ‘dwar il-każ ta’ Becciu’, fil-komunikat relatat.