Futbol Sport

Numru ta’ partiti interessanti fit-tieni ġurnata tas-Serie A

Mil-lejla jingħata bidu għat-tieni ġurnata tas-Serie A b’numru ta’ partiti interessanti fosthom Roma u Juventus u Inter kontra Fiorentina.

Juvetus taħt it-tmexxija ta’ Andrea Pirlo jaffaċċjaw l-ewwel test diffiċli hekk kif fi Stadio Olimpico jilgħabu kontra Roma. Fl-ewwel partita tal-istaġun, Juventus rebħu 3-0 kontra Sampdoria filwaqt li t-tim ta’ Paolo Fonseca kellu bidu ħażin meta tilfa kontra Verona 3-0.

Inter jilgħabu l-ewwel partita ta’ dan l-istaġun kontra Fiorentina fejn wara d-diżappunt li kellhom fi tmiem l-istaġun li għadda meta tilfu l-finali tal-Europa League se jkunu qed jittamaw li jkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tas-Serie A.

Milan jilgħabu barra minn darhom għand Crotone, bit-tim ta’ Stefano Pioli sa issa żamm l-istess ritmu pożittiv li bih temm l-istaġun li għadda.

Napoli fi Stadio Sao Paolo jilqgħu lil Genoa bit-tim ta’ Gennaro Gattuso se jkun qed jittama li jkompli fuq l-ewwel partita, bl-akkwist il-ġdid Victor Osimhen jidher li se jkun pedina importanti fit-tim minn Napli.

Serie A

Illum: Torino v Atalanta 3.00pm, Cagliari v Lazio 6.00pm, Sampdoria v Benevento 6.00pm, Inter v Fiorentina 8.45pm, Għada: Spezia v Sassuolo 12.30pm, Verona v Udinese 3.00pm, Napoli v Genoa 3.00pm, Crotone v Milan 6.00pm, Roma v Juventus 8.45pm, It-Tnejn: Bologna v Parma 8.45pm