Internazzjonali

Arresti b’konnessjoni mal-attakki f’Pariġi

Seba’ persuni ġew arrestati b’rabta mal-attakk bis-skieken li seħħ il-Ġimgħa li għadda f’Pariġi viċin fejn kien hemm l-uffiċċji ta’ Charlie Hebdo. Raġel ħalla żewġ persuni feruti billi uża sikkina kbira magħrufa għall-użu tal-laħam.

Is-suspettat ewlieni hu żagħżugħ Pakistani ta’ 18-il sena, li ġie arrestat ftit wara u qrib fejn seħħ l-attakk. Sitta oħrajn qed jinżammu arrestati mill-Pulizija lokali b’rabta ma’ l-istess attakk, li qed ikun meqjus bħala wieħed terroristiku.

Jidher li kollox ħa xejra xejn sabiħa meta għadd ta’ kollegi li kienu fuq barra tal-binja fejn illum hemm aġenzija tal-aħbarijiet ġew attakkati waqt li kienu qed ipejpu. Skont sorsi fil-post, il-vittmi qed isofru minn feriti serji.

Fil-passat, iż-żagħżugħ kien ġie arrestat darba oħra, meta kien qed iġorr fil-pussess tiegħu turnavit mingħajr ma ta l-ebda tip ta’ spjegazzjoni għal dan.