Futbol Sport

Bidu tajjeb għal Fgura

St. Andrew’s…………………………0

Fgura……………………………………..3

St. Andrew’s: D. Formosa, I. Azzopardi (R. Micallef), M. D’Alessandro, N. Bradshaw, J. Farrugia, M. Bartolo (M. Muscat), A. Borg Olivier, J. Sixsmith (M. Vella Vidal), L. Borg, D. Jackson, W. Camilleri.

Fgura U: B. Bartolo, J. Stenson (J. Cassar), J. Barbara (R. Zammit), J.P. Attard (S. Borg), T. Grech (S. Abela), G. Martin (G. Galea), S. Nanapere, C. Gandini, J. Vella, N. Ojuola, D. Quintero

Referee: Trustin Farrugia Cann

Fgura bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat Challenge meta għelbu bl-iktar mod konvinċenti lil St. Andrew’s. Għal Fgura spikka t-trio ta’ attakkanti magħmul minn Gilbert Martin, Quintero, u Nanapere b’dan ta’ l-aħħar jiskorja doppjetta.

Minkejja li fl-ewwel taqsima l-logħba kienet bilanċjata, kiunu Fgura l-iktar konkreti u perikolużi quddiem il-lasta avversarja. U ma kinitx sorpriża li kienu huma li fetħu l-iskor fl-24 minuta b’xutt sabiħ bid-dawra ta’ Jean Paul Attard minn qagħda ideali bil-ballun jispiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Qabel l-intervall reġgħu kienu Fgura li resqu qrib it-tieni gowl meta freekick ta’ Gilbert Martin għeleb lil Formosa iżda l-ballun ħabat mal-lasta.

Ħdax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Fgura skorjaw it-tieni gowl b’azzjoni ta’ kontrattakk fejn Martin qassam lejn Nanapere li waħdu ma żbaljax. Fid-69 minuta Fgura għalqu l-logħba b’azzjoni oħra ta’ kontrattakk fejn għal darb’oħra kien Nanapere li spara fix-xibka. Tliet minuti mit-tmiem Nanapere kien ferm viċin il-hat-trick iżda l-freekick tiegħu ħabat mal-mimduda.