Futbol Sport

Chelsea b’rimonta kbira biex kisbu draw kontra West Brom

(Ritratt: EPA)

Chelsea kienu min taħt 3-0 sa tmiem l-ewwel taqsima, iżda rimonta kbira mit-tim ta’ Frank Lampard irnexxielhom jakkwistaw punt.            

West Brom fetħu l-iskor wara erba’ minuti permezz ta’ CALLUM ROBINSON. Huma rdoppjaw il-vantaġġ wara żball ta’ Thiago Silva, b’CALLUM ROBINSON approfitta minn dan u skorja t-tieni gowl. KYLE BARTLEY kompla qata’ t-tama għat-tliet punti lil Chelsea, wara li għamilhom 3-0.

Fit-tieni taqsima, Chelsea ħarġu determinati u fil-55 minuta, MASON MOUNT skorja l-ewwel gowl. Kwarta wara, CALLUM HUDSON-ODOI ta t-tama lil Chelsea wara li naqqas id-distakk għal gowl wieħed biss. Ir-rimonta kienet kompluta permezz ta’ TAMMY ABRAHAM wara li sab ix-xibka fit-93 minuta.

Fil-partita l-oħra tal-ġurnata, Crystal Palace tilfu 2-1 kontra Everton. Everton feħu l-logħba minn gowl ta’ DOMINIC CALVERT-LEWIN, b’CHEIKHOU KOUTAYÈ jġib il-logħba f’parita. RICHARLISON skorja l-gowl tar-rebħa mill-11-il metru ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.