Futbol Sport

Doppjetta ta’ Messias tagħti tliet punti lil Gudja

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Jordi Farrugia

Gudja………………………..2

Lija………………………….0

Gudja: G. Zammit, Y. Messias (A. Caseres 86’), A.J. Friggieri (J. Brincat 78’), L. Cremona (T. Vella 68’), G. Mensah, I. Gonzalez, H. Vella, G. Adamovic, J.A. Bolanos, J. Grioli, P. Silva

Lija: L. Bonnici, L. Muscat, D. Scerri, E. Beu, J. Brandon, M. Perez, J. Gill, N. Wells, N. Virano (R. Dalli 75’), A. White, G. Alihinho (N. Micallef 81’)

Referee: P. Farrugia

Assistent referees: A. Camilleri, C. Francalanza

Gowl f’kull taqsima ta’ Yuri Messais kienu biżejjed biex Gudja kisbu rebħa faċli ta’ 2-0 fuq Gudja United. Għal Gudja dawn kienu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara li fl-ewwel partita ġew draw ta’ 2-2 kontra Mosta. Min naħa l-oħra għal Lija din kienet l-ewwel telfa wara li fl-ewwel ħarġa tagħhom fir-ritorn fl-għola diviżjoni kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 kontra Senglea. Kienu Lija li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss żewġ minuti, minn pożizzjoni angolata Erjon Beu kkonkluda f’idejn Zammit.

Fis-sitt minuta minn pass fit-tul ta’ Bolanos ta’ Gudja, Mensah minfuq ix-xellug daħal il-ġewwa bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra. Gudja fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta minn cross fuq ix-xellug ta’ Gabriel Mensah sab lil Friggieri fil-kaxxa li qassam lejn JURI MESSIAS li mill-viċin xeħet wara Bonnici. Tul l-ewwel taqsima l-partita kompliet tiżvolġi f’nofs il-grawnd b’azzjoni denja ta’ nota tasal fl-40 minuta meta minn pass fit-tul kien Friggieri li minfuq il-lemin qaleb il-ballun għal fuq saqajh ix-xelluga bix-xutt tiegħu jkun mdawwar f’corner minn Bonnici. Minuta wara din id-darba minfuq ix-xellug, ix-xutt ta’ Mensah kien devjat f’corner mid-difiża ta’ Lija.

Fit-tieni taqsima Lija ħarġu xi ftit aħjar mill-avversarji u wara biss żewġ minuti x-xutt ta’ Perez għadda ftit għoli mill-lasti ta’ Zammit. Fid-49 minuta, Gudja ngħataw penalty meta Messais wara li rċieva pass tajjeb mingħand Friggieri twaqqa’ fil-kaxxa minn Zammit, bl-istass MESSAIS minn ħdax-il metru ma’ żbaljax biex skorja t-tieni gowl tiegħu fil-partita.

Mas-siegħa logħob, it-tim ta’ Jesmond Zammit għal darb’oħra perikoluż meta il-cross ta’ Friggieri sab lil Cremona li l-konklużjoni fil-baxx tiegħu kienet salvata minn Bonnici. Fis-67 minuta, l-freekick mid-distanza ta’ Beu kien salvat b’diffikultà minn Zammit. Żewġ minuti wara s-sostitut Vella sab lil Messais li kien imċaħħad mil-lasta mill jgħaqqad il-hat-trick. Fit-83 minuta freekick ieħor għal Lija mogħti minn Erjon Beu sab lil Zammit attent li dawwar f’corner. Lejn it-tmiem Gudja kellhom ċans jgħamluhom 3-0 meta minn azzjoni maħduma b’mod tajjeb bejn iż-żewġ sostituti, Brincat u Caseres, kien Brincat li ra lil Bonnici jibblokka t-tentattiv mill-viċin tiegħu.