Sport Sport Ieħor

Gianluca Dingli fl-ewwel post fit-tlielaq tal-Karting fi Sqallija

Erba’ sewwieqa Maltin tat-tlielaq tal-Karting Gianluca Dingli, Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg għadhom kemm irritornaw mis-7 rawnd tal-kampjonat Rok Cup Sicilia.

L-avveniment seħħ f’Circuito Vincenza f’Ispica. Is-sewwieqa Maltin ippjanaw li jieħdu sehem f’żewġ klassijiet differenti, is-Super Rok u l-klassijiet tas-Senior Rok iżda minħabba nuqqas ta’ sewwieqa Sqallin l-aktar minħabba s-sitwazzjoni attwali ta’ Covid-19, Karting Sicilia ddeċidiet li tagħmel klassi waħda Tag 125. Din il-klassi kienet magħmul minn 10 sewwieqa li jsuqu karts b’magni differenti, Vortex, Rotax u Iame. Is-sewwieqa Maltin iddominaw it-tiġrijiet kollha b’rendiment tajjeb u riżultati mill-aqwa.

Gianluca Dingli spiċċa l-1 fis-Super Rok, filwaqt li Micah Scicluna, Kieran Galea, u Nicholas Borg spiċċaw l-1, it-2, u t-3 rispettivament fil-Klassi Senior Rok. Gianluca Dingli rebaħ ukoll klassi konġunta b’distakk konsiderevoli mat-tieni runner up.

Dawn is-sewwieqa tal-Karting Maltin kienu taħt il-gwida ta’ GLD Racing Malta mmexxi minn l-istess Gianluca Dingli.