Lokali

Il-bejta tal-fkieren fl-Għadira: 17 ifaqsu minn 83 bajda

Bejn il-lejl tat-22 u 23 ta’ Settembru kienu 17-il fekruna tal-ilma baħar li faqqsu u erħewla għall-bidu ta’ ħajjithom. Sfortunatament 66 bajda baqgħu ma faqsux. B’kollox, il-fekruna li kienet telgħet fuq il-bajja xi ġimgħat ilu kienet bejtet 83 bejta.

Il-bieraħ filgħodu għadd ta’ voluntiera ta’ Nature Trust Malta flimkien ma’ uffiċjali ta’ ERA u vet ħaffru fejn kienet il-bejta biex jeżaminaw kemm kien hemm bajd u x’kienet ir-rata li faqsu. Minn dan ħareġ li kien biss 20.5% li faqsu.

Hu maħsub li l-ammont kbir ta’ ilma tax-xita li niżel fl-aħħar jiem għamel ħsara lill-bejta tant li nstabet il-moffa.