Lokali

“Il-Gvern ħoloq fabbrika tal-korruzzjoni” – Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista jagħti garanzija li – li kieku tinqered il-fabbrika tal-korruzzjoni li ħoloq il-Gvern Laburista – il-kontijiet tad-dawl ikunu jistgħu jinqatgħu bin-nofs.

Hekk iddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien intervistat fuq NET FM mill-Editor-in-Chief ta’ The Malta Independent Neil Camilleri.

Adrian Delia qal dan fid-dawl tal-wegħda li l-Partit Laburista tela’ biha fl-2013 – li jagħlaq il-fabbrika tal-kanċer – meta fil-verità spiċċa jiftaħ fabbrika tal-korruzzjoni. Għaldaqstant, hu importanti li l-korruzzjoni titwaqqaf u dak li nsteraq jerġa’ jingħadda lill-poplu.

Adrian Delia kompla li Robert Abela hu responsabbli minn ħajjet l-eluf li għadhom qed jgħixu fil-faqar. Dan meta l-poplu jrid ikun jaf il-verità, bil-Gvern ma jistax ikompli jipproteġi lill-kriminali. Fl-istess waqt, kemm idum Muscat, Robert Abela se jibqa’ b’idejh marbutin.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu jrid ibiddel il-mudell ekonomiku biex pajjiżna ma jibqax jiddependi biss mill-barranin. Minflok, irridu nkomplu nħeġġu l-investiment barrani.

Adrian Delia qal li Partit Nazzjonalista mmexxi minnu se jibqa’ Partit tad-djalogi u għalhekk, għadu qed jistenna wkoll dibattitu mal-Prim Ministru. Filwaqt li tenna l-apoloġija għall-iżbalji mwettqa mill-Partit Nazzjonalista fil-passat, wiegħed li ma jridx jibqa’ jara lill-Partit bl-istess arroganza li tefgħetu fl-Oppożizzjoni.

Hu fakkar kif il-Partit Nazzjonalista kollu qed jiġġieled il-korruzzjoni, iżda qatt ma smajna min hu l-ewwel fil-Partit Laburista li qed jagħmel l-istess ġlieda. Min-naħa l-oħra, tenna l-impenn tiegħu li jkompli jisma’ aktar lin-nies u l-karbiet tagħhom.

Dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar bħala parti mill-proċess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia sostna li ta kopja tad-dokumenti kollha li ntalab għax m’għandu xejn x’jaħbi.