Coronavirus Lokali Saħħa

Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 31

Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 31, bi 15 biss jiġu resġistrati fl-aħħar disat’ijiem. Dan wara li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mara ta’ 92 sena, residenti f’Dar tal-Anzjani, tilfet ħajjitha kawża tal-Covid-19.

L-anzjana kienet konfermata pożittiva fil-15 ta’ Settembru u tilfet ħajjitha matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Filwaqt li għal darb’oħra fl-istqarrija ġew msemmija kundizzjonijiet ulterjuri ma ġiex preċiżat jekk kienetx qed tinżamm fi sptar partikolari jew tħallitx fir-residenza tal-anzjani.