Internazzjonali

Imutu 22 student f’tiġrif ta’ ajruplan fl-Ukrajna

Mill-anqas 22 student mietu wara li abbord ajruplan li ġġarraf u ħa n-nar viċin ajruport militari fl-Ukrajna.

L-ajruplan ħa n-nar f’daqqa waqt li għadd ta’ studenti kienu qed jagħmlu eżerċizzju ftit bogħod mill-ajruport.

Minbarra dawk li mietu, hemm mill-anqas żewġ persuni oħrajn li qed isofru minn feriti serji. Skont l-Istat tas-Servizzi Ukreni tal-Emerġenza fuq l-ajruplan kien hemm 27 persuna.

Jidher li l-inċident seħħ hekk kif waħda mill-magni ġralha xi ħsara u ma baqgħetx taħdem. F’dan il-mument, uħud mill-istudenti irnexxilhom isalvaw billi qabżu mill-ajruplan meta kien wasal biex jaqa’.