Futbol Sport

Inter jegħlbu lil Fiorentina f’partita mimlija gowls

(Ritratt: EPA)

Inter rebħu 4-3 kontra Fiorentina f’partita li kienet iddominata minn gowls fuq iż-żewġ naħat. Din kienet l-ewwel partita tal-istaġun għal Inter.

Fiorentina fetħu l-iskor wara tliet minuti biss permezz ta’ CHRISTIAN KOUAME. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Inter ġabu d-draw minn gowl ta’ LAUTARO MARTINEZ.

Inter marru fil-vantaġġ fit-52 minuta minn awtogowl ta’ FEDERICO CECCHERINI. Fiorentina dawru l-logħba favurihom permezz ta’ żewġ gowls fi ftit minuti ta’ GAETANO CASTROVILLI u FEDERICO CHIESA.

Il-partita reġgħet ġiet f’parita għal darboħra meta ROMELU LUKAKU sab ix-xibka minn assist ta’ Achraf Hakimi. Inter skorjaw il-gowl tar-rebħa fl-aħħar minutit tal-logħba permezz ta’ DANILO D’AMBROSIO, biex b’hekk intemmet bl-iskor ta’ 4-3.