Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll u daħal f’karozzi pparkjati

Raġel ta’ 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’żewġ karozzi oħra li kienu pparkjati.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ntalbet l-assistenza tagħha fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun. Fuq il-post wasal tim mediku b’ambulanza li wara kura li taw lir-raġel minn Ħaż-Żabbar ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.