Internazzjonali

Jirriżenja l-Prim Ministru Lebaniż

Il-Prim Ministru Lebaniż il-ġdid, Mustafa Adib, ħabbar li rriżenja mill-pożizzjoni, hekk kif ma rnexxielux jifforma l-Gvern ġdid.

Adib kien ħa din il-pożizzjoni f’Awwissu li għadda wara li l-poplu Lebaniż niżel fit-toroq jipprotesta biex il-Gvern ta’ dak iż-żmien jirriżenja minnufih wara splużjoni li seħħet f’Bejrut.

Il-Prim Ministru ħabbar ir-riżenja tiegħu wara laqgħa mal-President tal-pajjiż.

Sadanittant, il-President kien ħabbar li l-ekonomija tal-pajjiż rat telf ta’ madwar tliet biljuni u nofs dollaru, telf ta’ materjal li jammonta għal erba’ biljuni u nofs dollaru, filwaqt li t-tiswija urġenti se tiġi tiswa madwar żewġ biljun dollaru. U dan filwaqt li kważi 300,000 persuna tilfu djarhom kompletament.