Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur u jiskidja fil-Furjana

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Belt Valletta qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu b’konsigwenza li tkaxkar tul Triq Nazzjonali, il-Furjana.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu meta minnufih wasal tim mediku flimkien ma’ membri tal-Pulizija biex jassistu lis-sewwieq. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.