Fil-Grand Prix tar-Russja, Lewis Hamilton se jibda fuq quddiem, filwaqt li Sebastian Vettel ta’ Ferrari ħabat fit-tieni sessjoni. Din kienet is-96 pole position fil-karriera ta’ Hamilton.
Hamilton, flimkien ma’ tliet sewwieqa oħra, jinsab taħt investigazzjoni minn Sochi wara li ma segwiex id-direttivi fejn ma rritornax kif suppost fit-tieni dawra.
Fit-tieni dawra, Hamilton kien jinsab f’pozizzjoni xejn komda wara li kien jinsab fil-15-il post, u d-dawra twaqqfet temporanjament minħabba l-ħabta ta’ Vettel. Minkejja dan kollhu, rnexxielu jagħmel l-aqwa ħin fl-aħħar dawra.
Dan is-sewwieq ta’ Mercedes jista’ jilħaq ir-rekord ta’ Michael Schumacher ta’ 91 rebħa fil-Formula 1, jekk jiġi l-ewwel fil-Grand Prix ta’ għada.
Kif se jibdew: 1. L. Hamilton, 2. M. Verstappen, 3. V. Bottas, 4. S. Perez, 5. D. Ricciardo, 6. C. Sainz, 7. E. Ocon, 8. L. Norris, 9. P. Gasly, 10. A. Albon 11. C. Leclerc, 12. D. Kvyat, 13. L. Stroll, 14. G. Russell, 15. S. Vettel, 16. R. Grosjean, 17. A. Giovinazzi, 18. K. Magnussen, 19. N. Latifi, 20. K. Raikkonen
//= $special ?>