Futbol Sport

Liverpool kontra Arsenal tispikka fit-tielet ġurnata

(Ritratt: EPA)

Aktar tard waranofsinhar jingħata bidu għat-tielet ġurnata tal-Premier League b’numru ta’ partiti li jispikkaw f’din il-ġurnata fosthom Liverpool kontra Arsenal.

F’Anfield, Liverpool jilqgħu lil Arsenal, biż-żewġ timijiet jirbħu l-ewwel żewġ partiti tagħhom f’dan l-istaġun, ċertament li din il-partita se toffri spettaklu għas-segwaċi tal-futbol. Fl-aħħar snin Liverpool dejjem iddominaw lil Arsenal f’Anfield, iżda taħt it-tmexxija tal-kowċ Mikel Arteta, il-Gunners jidhru aktar sodi fid-difiża u kapaċi jiskorjaw ukoll.

Manchester United se jkunu qed jittamaw li jħallu warajhom it-telfa sorpriża li sofrew f’darhom kontra Crystal Palace, meta fl-Ammex Stadium jisfidaw lil Brighton li għadhom kemm ġejjin minn rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Newcastle.

Chelsea se jkunu qed ifittxu t-tliet punti meta jmorru jilgħabu għand West Bromwich Albion, bil-Blues iridu jpattu għat-telfa li sofrew kontra Liverpool fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Għal West Brom, sa issa r-ritorn tagħhom fil-Premier League kien wieħed pjuttost diffiċli fejn ma ħadu l-ebda punt fl-ewwel żewġ partiti.

Fl-Etihad, Manchester City se jilgħabu kontra Leicester, bit-tim ta’ Brendan Rodgers sa issa jkollu punti massimi mill-ewwel partiti, filwaqt li t-tim ta’ Pep Guardiola kull ma lagħab hija partita waħda.

Premier League

Illum: Brighton v Man Utd 1.30pm, C. Palace v Everton 4.00pm, WBA v Chelsea 6.30pm, Burnley v Southampton  9.00pm, Għada: Sheff. Utd v Leeds 1.00pm, Tottenham v Newcastle 3.00pm, Man City v Leicester 5.30pm, West Ham v Wolves 8.00pm, It-Tnejn: Fulham v Aston Villa 6.45pm, Liverpool v Arsenal 9.00pm