Rebħa drammatika għal Manchester United kontra Brighton, fejn rebħu l-partita wara li ngħataw penalty fid-99 minuta. L-iskor finali kien ta’ 3-2.
Brighton marru fil-vantaġġ fl-40 minuta wara li ngħataw penalty. Bruno Fernandes waqqa lil Tariq Lamptey fil-kaxxa, b’NEAL MAUPAY inkwadra mill-11-il metru.
Minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Manchester United skorjaw id-draw minn awtogowl. Free kick ta’ Bruno Fernandes wasal f’saqajn Nemanja Matic, li xeħet fil-kaxxa bil-ballun ħabat ma’ saqajn id-difensur LEWIS DUNK u daħal fix-xibka.
United kellhom gowl imħassar fit-53 minuta, fejn wara konsultazzjoni mal-VAR, ir-referee kkonferma li Rashford kien f’pożizzjoni rregolari.
Ftit minuti wara, huma dawru l-partita favurihom minn attakk personali ta’ MARCUS RASHFORD, fejn dar mad-difensuri ta’ Brighton u spara fix-xibka.
Brighton skorjaw fl-aħħar minuti tal-partita permezz ta’ SOLLY MARCH minn kross ta’ Adam Webster.
Fid-99 minuta, United ingħataw penalty meta Maupay deher miss il-ballun bidu. BRUNO FERNANDES skorja l-gowl tar-rebħa.
Brighton kienu kemmxejn sfurtunati tul il-partita, fejn kellhom ħames xuttijiet li ħabtu mal-lasta. Tlieta minn dawn kienu ta’ Leandro Trossard.
//= $special ?>