Coronavirus Lokali

21 każ ġdid ta’ COVID-19

Skont l-aħħar aġġornament tas-Saħħa fuq Facebook, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 21 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna.

Fl-aħħar sigħat fiequ 54 persuna biex b’hekk il-każi attivi komplew jonqsu u issa huma 596 li fosthom hemm 6 immigranti li bħalissa jinsabu f’Malta.

Din il-pandemija kienet il-kaġun ta’ 31 fatalità.

Filwaqt li dawn l-aħħar każi li tħabbru għadhom qed jiġu investigati, mill-każi li tħabbru lbieraħ, 8 ġew minn attivitajiet tal-familja, każ minn attività soċjali, 2 każi kienu impurtati u każ minn fuq il-post tax-xogħol. Dawn kollha kellhom kuntatt ma’ persuni li kellhom il-virus.

Min-naħa l-oħra, mid-29 każ li tħabbar ilbieraħ, 17-il każ kienu sporadiċi u ma jafux minn fejn ħadu l-virus.

In-numri fl-aħħar 24 siegħa jġibu t-total ta’ każi għal 3,188 filwaqt li dawk li fiequ jammontaw għal 2,358.