Sport Sport Ieħor

Alaphilippe jirbaħ il-Kampjonat tad-Dinja taċ-Ċikliżmu

(Ritratt: EPA)

Julian Alaphilipper rebaħ il-Kampjonati tad-Dinja taċ-Ċikliżmu li saru fit-toroq ta’ Imola fl-Italja fuq distanza ta’ 258.2km. Hu rnexxielu jidħol 24 sekonda qabel grupp ta’ ċiklisti oħra.

Fi tmiem it-tellieqa viżwalment emozzjonat, Alaphilippe qal li din kienet il-ħolma tiegħu li jirbaħ din it-tellieqa. Oriġinarjament din it-tellieqa kellha ssir fl-Iżvizzera iżda fl-aħħar ftit jiem kellu jinbidel il-post minħabba r-restrizzjonijiet tal-Gvern Żvizzeru b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.