Formula 1 Sport

Bottas jirbaħ il-Grand Prix tar-Russja wara li Lewis Hamilton ġie penalizzat

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas rebaħ il-Grand Prix tar-Russja wara li sieħbu fit-tim Lewis Hamilton kien ippenalizzat 10 sekondi. Hamilton jista’ jiġi penalizzat għal tellieqa sħiħa jekk jilħaq l-ammont ta’ punti ta’ penalizzazzjoni.

Fit-tieni post daħal is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen bl-istess Hamilton itemm fit-tielet post. Is-sewwieqa ta’ Ferrari, Charles Leclerc u Sebastian Vettel temmew fis-sitt u fit-13 -il post rispettivament f’dak li tista’ titqies bħala ġimgħa oħra diżappuntanti għal Ferrari.

Kif spiċċaw:

1 V. Bottas 1:34:00, 2 M. Verstappen +7.729 , 3 L. Hamilton +22.729, 4 S. Perez +30.558, 5 D. Ricciardo +52.065, 6 C. Leclerc +1:02.186, 7 E. Ocon +1:08.006, 7 D. Kvyat +1:08.740, 8 P. Gasly +1:29.766, 10 A. Albon +1:37.860, 11 A. Giovinazzi +dawra, 12 K. Magnussen +dawra, 13 S. Vettel +dawra, 14 K. Raikkonen +dawra, 15 L. Norris +dawra, 16 N. Latifi +dawra, 17 R. Grosjean +dawra, 18 G. Russell +dawra, Ma spiċċawx: L. Stroll, C. Sainz