Ewropa Internazzjonali

Ftit jiem oħra se jibda jitneħħa l-iscaffolding minn mal-Big Ben

L-iscaffolding li hemm mal-Big Ben se jibda jitneħħa tul din il-ġimgħa, wara li x-xogħol ta’ restawr ilu għaddej għal dawn l-aħħar 3 snin.

Intqal li l-parti ta’ fuq tat-Torri ta’ Eliżabetta se tkun l-ewwel li se tara d-dawl, dan hekk kif kollox qed jindika li x-xogħol hemmhekk huwa lest.

Ix-xogħol biex jitneħħa l-iscaffolding ta’ din il-parti huwa mistenni li jdum 6 ġimgħat.

F’kummenti li ta l-ispeaker tal-Commons dwar din l-aħbar, huwa qal li din hija aħbar pożittiva ħafna, u li sa fl-aħħar f’nofs pandemija, hemm storja li se tgħin fil-moral tal-Ingliżi, li la darba jgħaddi kollox se jkollhom għal xiex joħorġu biex jaraw il-ġmiel ta’ dan is-sit storiku f’Londra.

Tags